Monday, March 24, 2025

Herta għamlet ħames xhur fl-appartamenti ta’ Puttinu minħabba lukemia … issa tinsab miexja ’l quddiem dejjem b’tbissima 

Aqra wkoll

Herta Attard, mara ta’ 35 sena, kellha bżonn trapjant tal-mudullun minħabba l-leukemia.  Għamlet ħames xhur fl-appartamenti ta’ Puttinu Cares f’Londra – post li mhux biss jipprovdi kenn imma wkoll tama u appoġġ għal dawk li jkunu għaddejjin minn mumenti diffiċli. 

Dan qalu Puttinu Cares permezz ta’ messaġġ fuq Facebook, fejn ġie spjega li llum 

Herta tinsab miexja ’l quddiem, dejjem b’tbissima u b’qalb miftuħa biex tferraħ lil dawk ta’ madwarha. 

Ingħad li waqt li kienet fl-appartamenti ta’ Puttinu Cares, Herta għamlet ħafna ħbieb li għadha toħroġ magħhom sal-lum – xhieda ta’ kif din l-għaqda mhijiex biss appoġġ mediku, imma komunità sħiħa ta’ mħabba u solidarjetà. 

Puttinu qal ukoll; “B’din l-esperjenza, Herta trid tgħin lil ħaddieħor u permezz tal-istorja tagħha tixtieq twassal messaġġ ta’ kuraġġ u tama. Fil-Ġimgħa l-Kbira, Herta se tkun qed tistenna t-telefonata tiegħek sabiex tirringrazzjak li għent lilha u issa hi ħerqana biex tgħin lil ħaddieħor ukoll. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport