Friday, November 22, 2024

Ħsara fil-Microsoft qed tikkawża dewmien f’eluf ta’ titjiriet u bosta servizzi kellhom jieqfu

Aqra wkoll

Kawża ta’ qtugħ fis-sistema tat-teknoloġija tal-Microsoft, twaqqfu diversi servizzi fosthom, titjiriet, servizzi mediċi, banek u numru kbir ta’ negozji u servizzi oħra madwar id-dinja.

Din is-sitwazzjoni laqtet ukoll lil pajjiżna, bl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta li fi stqarrija tgħid li dan il-qtugħ qed jaffettwa t-titjiriet u huwa mistenni li jkun hemm dewmien fit-titjiriet. Ingħad li qed isir minn kollox biex is-sitwazzjoni terġa’ tiġi lura għan-normal.

Mill-inqas tliet linji tal-ajru ewlenin tal-Istati Uniti, tal-Amerika u ta’ Delta waqqfu t-titjiriet kollha fuq l-art, liema ġie kkonfermat skont l-Amministrazzjoni Federali tal-Avjazzjoni

Fl-Awstralja, il-problemi baqgħu jippersistu fl-Ajruport ta’ Sydney, l-akbar u l-aktar ċentru tat-trasport tal-Awstralja. Ġew irrappurtati wkoll tfixkil fl-Ajruport ta’ Berlin, fll-Ajruport ta’Amsterdam u fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Dubai.

Intant minbarra l-ajruporti, hemm ukoll kumpaniji internazzjonali, fosthom il-BBC u Skynews, li spiċċaw milquta. Dan filwaqt li fir-Renju Unit kumpaniji tal-ferroviji u s-sistema tas-saħħa ġew milquta wkoll bl-appuntamenti kollha skedati ġew milquta.

Fuq il-pjattaforma X, il-kupanija Microsoft qalet li qed tanalizza s-sistemi tagħha biex tassigura li kollox jirritorna għan-normal.

Sport