Saturday, December 21, 2024

Il-banda ta’ kulħadd- Ħidma bla heda b’għan soċjali… Rebbieħa ta’ żewġ rekords nazzjonali fil-gżejjer Maltin

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

“Meta nsellmu lill-Patruna l-Omm tant ħelwa tal-bnedmin nifhmu l’aħna kollha aħwa li minn Binha mifdijin. Bħal Marija niftħu jdejna biex inħaddnu lil kulħadd… mill-Każin tal-Kunċizzjoni, żgur li mwarrab ma jkun ħadd. Ħoss il-Banda huwa l-leħen li jinftiehem kullimkien. Waqt li l-bieb miftuħ ta’ qalbna ma jifridx f’popli u lwien”.

Dan huwa kliem mill-kanzunetta ġdida “Banda ta’ Kulħadd” li s-Soċjetà Mużikali Immakulata Kunċizzjoni tal-Ħamrun niediet fl-okkażjoni tal-festa ta’ din is-sena, li fakkret il-45 anniversarju mit-twaqqif tagħha. Din il-kanzunetta tirrifletti l-impenn tal-membri tal-kumitat għall-inklussività fejn il-bibien tagħhom huma miftuħa għal kulħadd – tfal, żgħażagħ, anzjani, persuni b’diżabilità, persuni vulnerabbli, barranin u l-komunità Ħamruniża tagħhom. 

L-element ta’ inklussività huwa parti minn ħidma soċjali li dan il-każin qiegħed jagħmel għall-ġid tal-parruċċani tiegħu. Dan għax, flimkien ma’ innovazzjoni, qiegħed imur lil hinn minn dak li tradizzjonalment nifhmu u aħna imdorrijin bih bħala banda tal-lokal. 

Fil-fatt din is-Soċjetà, f’dawn l-aħħar tliet snin implimentat pjan operattiv li huwa tal-ewwel tax-xorta tiegħu. Dwaru u ferm aktar jgħidilna fid-dettal is-Segretarju Ġenerali ta’ din is-Soċjetà, Josef Spiteri, f’intervista ppubblikata fuq IT-TORĊA fit-23 ta’ Settembru.

Dan il-Ħamruniż, li litteralment “jgħix għall-banda”, jikkwota l-kliem fil-kanzunetta, ‘Banda Tferraħ dejjem fil-Ħamrun… Għax hi Banda ta’ kulħadd għax hi Banda ta’ Kulħadd…” u jitkellem dwar l-importanza li nrawmmu lill-ġenerazzjonijiet il-ġodda.

Bl-invit li l-bibien tagħhom huma miftuħa għal kulħadd, is-Segretarju Ġenerali tas-Soċjetà Mużikali tal-Immakulata Kunċizżjoni jistieden biex jingħaqdu magħhom aktar aljevi. Dan bil-għan li nġeddu l-wirt tradizzjonali Malti uniku u apprezzat madwar id-dinja kollha, tal-festi u tad-daqq mal-baned.

Ekonomija

Sport