Tuesday, October 4, 2022

Il-Bord Eżekuttiv tal-Malta FA fl-ewwel laqgħa tal-istaġun 2022-23

Aqra wkoll

Il-Bord Eżekuttiv tal-Malta FA organizza l-ewwel laqgħa tiegħu tal-istaġun 2022-23 fis-Sala taċ-Ċentinarju nhar it-Tlieta.

Wieħed mill-punti ewlenin fuq l-aġenda kien l-approvazzjoni tal-iskemi ewlenin ta’ inċentivi tal-clubs għall-istaġun 2022-23, jiġifieri ld-Development Pot, l-Administrator Scheme u l-Facility Maintnenece Scheme, fit-tliet kategoriji – Premier League, Challenge League. u National Amateur League. Biex ikomplu jinċentivaw lill-clubs biex jagħtu aktar opportunitajiet ta’ logħob lil plejers żgħażagħ fil-Premier League, il-ħlas għal kull dehra ta’ player ta’ taħt id-19-il sena żdied għal €500 filwaqt li baqgħu l-flus tad-dehra għal kull player tal-U-21 fl-ogħla diviżjoni li baqa’ mhux mibdul jiġifieri dak ta’ €400.

Ġiet introdotta skema ġdida għall-clubs fin-National Amateur League li se jkunu intitolati għal €1,000 f’għajnuna finanzjarja biex ikopru parti mill-ispejjeż f’oqsma bħal miżati tal-awditjar, miżati tal-kors għall-coaching u staff amministrattiv, kumpens ta’ amministratur kwalifikat estern (mhux membru tal-kumitat ta’ ġestjoni) u tagħmir tekniku.

Minn dan l-istaġun, il-clubs tal-Premier League se jkollhom siġġu addizzjonali fil-qasam tekniku waqt logħbiet tal-ogħla livell wara li l-proposta tagħhom ingħatat widen mill-Bord Eżekuttiv. Is-siġġu addizzjonali jista’ jimtela minn membru tal-istaff tekniku, mediku jew tal-backroom rikonoxxut mill-Malta FA.

Proposta simili mill-clubs taċ-Challenge League qed tiġi kkunsidrata.

PREZZIJIET TAL-BILJETTI – KAMPJONAT BOV PREMIER

Inħarġu l-miżati tad-dħul għall-Kampjonat BOV Premier. Novità f’dan l-istaġun tara l-ispettaturi jibbenefikaw minn prezzijiet imnaqqsa għall-biljetti mixtrija online – l-adulti se jħallsu €8 filwaqt li l-ħlas għall-anzjani u t-tfal huwa ta’ €5.

Il-biljetti se jkunu validi għal-logħbiet tal-BOV Premier League wara xulxin li jintlagħbu konsekuttivament fl-istess post fl-istess jum kif kien il-każ qabel il-COVID. Il-prezzijiet tal-biljetti mixtrija mill-kabini tal-istadium baqgħu l-istess – €10 għall-kbar u €6 għall-anzjani u t-tfal.

Is-season tickets huma wkoll disponibbli iżda dawn qed jinbiegħu direttament mill-clubs tal-BOV Premier League.

DISKUSSJONI TAL-LIĊENZJI TAL-CLUBS

Il-Bord Eżekuttiv, b’ħames membri ġodda fl-iskeda tiegħu, iddiskuta emendi possibbli għar-Regolamenti tal-Liċenzjar tal-ClUbs fil-każ li club/s japplikaw għal bidla fl-istatus tal-liċenzja tagħhom sabiex jikkompetu f’kategorija aktar baxxa minn dik li huma intitolati għaliha bil-mertu sportiv.

Ġew ikkunsidrati xenarji differenti u sanzjonijiet potenzjali bid-diskussjoni tkompli mal-preżentazzjoni tar-regolamenti proposti mill-Assoċjazzjoni fil-laqgħa tal-Bord Eżekuttiv li jmiss f’Ottubru li ġej.

SUPER LEAGUE EWROPEA

Malta argumentat kontra l-ħolqien tal-European Super League, u sostniet li sservi biss l-“interessi dojoq” tal-clubs warajha. Is-sottomissjonijiet saru mill-uffiċċju tal-Avukat tal-Istat, rappreżentat minn Dr Andria Buhagiar, waqt seduta tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja li saret fil-Lussemburgu fit-12 ta’ Lulju, 2022 fil-każ mibdi mis-Super League Ewropea kontra l-UEFA.

MALTA FA LEARN PROSPECTUS

Il-Malta FA ppubblikat l-ewwel Malta FA Learn Prospectus li jiġbor fih sett ta’ inizjattivi edukattivi fil-forma ta’ korsijiet f’oqsma differenti, jiġifieri Amministrazzjoni, Finanzi, Coaching u Affarijiet Mediċi. Immexxi mill-viċi-president tal-Malta FA Dr Matthew Paris, il-proġett Malta FA Learn ġibed tifħir mill-UEFA.

CLUBS MALTIN ​​FL-EWROPA

Bjorn Vassallo, il-president tal-Malta FA, feraħ lill-clubs Maltin Hamrun Spartans, Hibernians u Gzira United għall-fatt li għaddew għat-tielet round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa Conference League. “Nittamaw u nawguraw li l-clbbs tagħna jestendu s-serje pożittiva tagħhom billi jgħaddu għar-round tal-play-off li jirrappreżenta tragward għall-football Malti,” qal Vassallo.

PREMJU TAL-PRESIDENT

Dr Ronald Cuschieri ġie onorat mill-Malta FA bħala rikonoxximent għas-servizz tiegħu lill-football Malti. Qabel il-laqgħa tal-Bord Eżekuttiv, il-President tal-Malta FA ippreżenta l-Premju tal-President lil Dr Cuschieri.

Avukat di professjoni, Dr Cuschieri ta kontribut mill-aqwa lill-istrutturi ġudizzjarji u indipendenti tal-Assoċjazzjoni, serva bħala membru tal-Bord tal-Appelli mill-istaġun 2008-09 u sar ukoll chairman tal-istess bord fl-istaġun 2014-15.

Kollettur tul il-ħajja ta’ memorabilia tal-football b’interess qawwi fl-istorja tal-football Malti, Dr Cuschieri, li serva wkoll bħala president ta’ Gzira United FC, sellef diversi artefatti mill-kollezzjoni personali tiegħu biex jiġu esebiti fil-Mużew Malti tal-Football fil-Mużew Nazzjonali li jinsab biswit l-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali.

Ekonomija

Sport