Saturday, September 21, 2024

Il-ġenituri ta’ Mirabelle jippreżentaw €2,000 lil Puttinu Cares

Aqra wkoll

Il-ġenituri tal-mibkija Mirabelle Falzon żaru lil Puttinu Cares.

B’qalbhom maqsuma Michael u Charmaine xorta ħasbu f’ħaddieħor u talbu li waqt il-funeral ta’ binthom jinġabru flus għal din il-kawża ġusta.

Filwaqt li rringrazzjaw lil kull min ta d-donazzjoni tiegħu, il-ġenituri ta’ Mirabelle rringrazzjaw lil dawk kollha li wrew sapport morali f’dawn il-ġranet ibsin għalihom li tħallew jibku t-telfa tal-għażiża tagħhom.

Intemm jingħad li ċertament Mirabelle bil-karattru sabiħ li kellha ċertament tinsab kuntenta li l-ġenituri tagħha ppreżentaw is-somma sabiħa ta’ €2,000 lil Puttinu Cares.

Sport