Sunday, December 22, 2024

“Il-ġlieda kontra d-droga trid tkun aktar qawwija milli hi llum”

Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina qal li l-Oppożizzjoni se tkun qiegħda tivvota favur dan l-abbozz ta’ liġi li se jipprovdi għat-tisħiħ tal-funzjoni tal-UPPE u awgura li jkun hemm aktar liġijiet li jsiru b’dan il-mod sabiex jissaħħu l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna. Dan l-uffiċċju huwa responsabbli għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE. Dawn jinkludu reati ekonomiċi u finanzjarji bħall-użu ħażin tal-fondi, il-ħasil tal-flus, il-frodi tal-VAT u l-korruzzjoni. 

Min-naħa l-oħra, huwa saħaq li għandu jintbagħat messaġġ ċar li l-ġlieda kontra d-droga trid tkun aktar qawwija milli hi llum. “Jiena nisma stejjer ta’ nies li spiċċaw ħażin ħafna, ta’ familji li prattikament fallew. Missier li ibnu miss mad-droga u ħadlu man-nofs miljun ewro flus. Fallieh lil missieru. Hawn problema kbira mifruxa,” qal Dr Aquilina.

Ekonomija

Sport