Tuesday, January 14, 2025

Il-Gvern b’surplus ta’ €29 miljun fit-tielet kwart tal-2024

Aqra wkoll

Ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juru li fit-tielet kwart ta’ tas-sena li għaddiet il-Gvern kellu bilanċ finanzjarju ta’ 29 miljun ewro.

Fir-rapport tagħha l-NSO tgħid li ċ-ċifri juru li d-dħul tal-Gvern bejn Lulju u Settembru tas-sena l-oħra kien ilaħħaq aktar minn 1,994 miljun ewro wara li żdied bi 339 miljun ewro skorruti meta mqabbel mal-istess tliet xhur tal-2023.

L-NSO jkompli jirraporta li n-nefqa tal-Gvern f’dawn it-tliet xhur imsemmija kienet ta’ ftit aktar minn 1,965 miljun ewro wara li żdiedet b’aktar minn 235 miljun fuq l-istess perjodu fl-2023.

Fl-istess rapport jingħad li d-dejn tal-Gvern sa Settembru tas-sena li għaddiet kien ta’ għaxar biljuni u ħamsa u tletin miljun jew 45.3 fil-mija tal-Prodott Domestiku Gross. Dan ifisser żieda ta’ ftit aktar minn 6% jew 15-il miljun ewro meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena 2023. Miċ-ċifri joħroġ ukoll li l-garanziji tal-Gvern fuq dejn tal-entitajiet tiegħu naqsu b’aktar minn 171 miljun.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport