Monday, December 9, 2024

Il-ħatra tal-Ministru Dalli xhieda oħra tal-kredibbiltà ta’ Malta fis-settur tal-klima

Aqra wkoll

Il-ħatra tal-Ministru Miriam Dalli biex tmexxi n-negozjati f’isem l-Unjoni Ewropea waqt COP 29 hija xhieda oħra tal-kredibbiltà ta’ Malta fis-settur tat-tibdil fil-klima.  Din hija t-tieni darba li l-Ministru Dalli ġiet fdata b’dan ir-rwol importanti.

Din il-ħatra tikkonferma l-pożizzjoni ta’ Malta bħala forza dinamika fil-qasam tal-klima u hija frott ta’ azzjonijiet u inizjattivi, uħud innovattivi, li Malta qed tieħu f’dan il-qasam.  Minkejja ċ-ċokon tagħha, Malta qed tibqa’ wkoll vuċi relevanti li timbotta għall-bidla fuq livell internazzjonali.

Matul l-aħħar snin pajjiżna introduċa miżuri innovattivi bħalma huma l-green bonds mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, it-twaqqif ta’ Awtorità għall-Azzjoni dwar il-Klima u l-investiment fi proġetti ta’ infrastruttura sostenibbli, b’uħud saħansitra jirbħu premijiet ta’ livell internazzjonali. B’hekk fil-fora internazzjonali Malta tista’ titkellem fil-prattika dwar azzjonijiet konkreti.

Barra minn hekk, Malta qed ikollha rwol ewlieni biex iġġib fuq quddiem ir-riskji għall-pajjiżi żgħar u dwar il-ħtieġa ta’ fondi speċifiċi għall-pajjiżi żgħar u dawk f’riskju, sabiex jadattaw għall-impatt tat-tibdil fil-klima. Saħansitra Malta qed tuża l-expertise tagħha biex tgħin pajjiżi oħra.

Dan kollu l-Ministru Dalli qed tippromwovih fil-fora tal-COP 29, l-ikbar laqgħa dwar il-bidla fil-klima li ssir fid-dinja ta’ kull sena.

Fl-aħħar xhur Malta ġabet ukoll flimkien disa’ pajjiżi tal-Mediterran li qablu fuq il-prinċipju li l-Mediterran bħala hub ta’ enerġija nadifa permezz tal-laqgħa tal-MED9 li saret f’pajjiżna, bil-ħidma fuq dan is-settur qed tieħu spinta kbira fejn Malta se tkun protagonista. Malta kienet ukoll pijunier fil-proposta ta’ pjanijiet li jagħtu spinta lill-użu tal-idroġenu ħadrani bħala sors alternattiv ta’ enerġija nadifa fil-Mediterran.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport