Monday, December 9, 2024

Is-CRPD tiġbor 34 Blue Badge falza fl-ewwel 10 xhur tal-2024

Aqra wkoll

Dwar l-infurzar fuq l-abbuż tal-Blue Badge, il-Ministru Farrugia qalet li din is-sena sal-aħħar ta’ Ottubru, il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità ġabret 34 Blue Badge falza jew ikkupjata u talbet li 11-il persuna terġa’ tiġi eżaminata sabiex jiġi vverifikat jekk jikkwalifikawx tassew għad-dokument. Din il-ħidma wasslet biex sitt persuni jittellgħu l-Qorti.

Matul din is-sena wkoll daħlu fis-seħħ numru ta’ miżuri b’saħħithom marbuta mal-Blue Badge. Issa min jinqabad jabbuża mill-blue badge jista’ jeħel tliet punti fil-liċenzja tas-sewqan. Kien hemm ukoll reviżjoni fl-għoti tal-parkeġġi riżervati personalizzati b’kollaborazzjoni bejn il-Kummissjoni, l-Aġenzija Sapport u Transport Malta.

Matul l-2024, is-CRPD kompliet bil-ħidma tagħha biex tħares id-drittijiet ta’ persuni b’diżabilità. Sa Ottubru, il-Kummissjoni waslulha 471 ilment ġdid, żieda fuq l-2023 meta fi 12-il xahar kienu waslulha 397 ilment ġdid. Il-maġġoranza ta’ dawn l-ilmenti huma dwar anuqqas ta’ aċċessibilità.

Sadanittant, il-Ministru Farrugia fakkret ukoll li fi Frar li għadda, Malta kienet l-10 pajjiż Stat Membru tal-Unjoni Ewropea li uffiċjalment ipprojbixxa l-isterilizzazzjoni furzata.

Ma’ dan, hija semmiet ir-riforma fl-assessjar tad-diżabilità u sistemi ġodda u aktar ġusti ta’ evalwazzjoni, il-Protokoll għall-Inklużjoni tad-Diżabilità tal-Commonwealth u l-kumpens ex-gratia lill-vittmi tat-Thalidomide fost oħrajn.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport