Monday, December 9, 2024

It-Trasformazzjoni diġitali tal-grid tal-Enemalta se ttejjeb is-servizzi tal-elettriku 

-Il-Ftehim bejn l-Enemalta u Siemens ser iwitti t-triq għal proġett pilota li ser jibda fil-ġimgħat li ġejjin.

Aqra wkoll

L-Enemalta mgħammra sabiex tkompli tavvanza t-teknoloġija tal-grid sabiex tkun tista’ tipprovdi servizz tal-elettriku aħjar. 

Grazzi għal ftehim iffirmat din il-ġimgħa, Enemalta se tibda t-trasformazzjoni diġitali tal-infrastruttura Nazzjonali tal-grid billi tuża l-pjattaforma tas-software Gridscale X ta’ Siemens. 

Dan is-software jippermetti lill-inġiniera tal-Enemalta jużaw statistika aktar preċiża minn smart meters u jaqilbu għal predictive management. 

Ic-Chairman Eżekuttiv tal-Enemalta Ryan Fava qal li Malta qed iżżid it-tieni ġenerazzjoni ta’ smart meters. Huwa kompla jispjega li “dan is-software se jiġġenera statistika ġdida, li ser tippermettilna nimmaniġġjaw is-servizz aħjar u jgħina nidentifikaw il-konġestjonijiet tal-grid.” Huwa temm jgħid li l-ftehim ma’ Siemens huwa l-pass li jmiss għall-Enemalta sabiex tkompli timmodernizza l-grid b’software ġdid, tal-aħħar teknoloġija, u li jtejjeb l-affidabbiltà tal-klijent. 

L-infurzar tan-netwerk, il-proġett tat-tqegħid tal-cables u s-software il-ġdid huma kollha sforzi u l-impenn tal-Enemalta sabiex jitjieb is-servizz tal-elettriku. 

Il-proġett pilota tat-trasformazzjoni diġitali tal-Enemalta se tibda fil-ġimgħat li ġejjin, segwita minn implimentazzjoni fit-tul fuq it-tliet snin li ġejjin, li fl-aħħar mill-aħħar twassal għall-modernizzazzjoni sħiħa tal-grid. 

“Il-konġestjoni tal-grid saret theddida reali għat-tranżizzjoni tal-enerġija” qalet il-Kap Eżekuttiv tas-Software tal-Grid ta’ Siemens Sabine Erlinghagen. “Huwa propju għalhekk li aħna kburin li qed naħdmu ma’ Enemalta sabiex nindirizzaw l-isfidi operattivi ewlenin. Permezz tal-Gridscale X, Enemalta ser tkun pass eqreb sabiex tkompli iżżid l-affidabbiltà fuq il-grid tal-elettriku u s-servizz għall-konsumatur Malti.” 

Dwar Gridscale X 

Gridscale X hija pjattaforma li twitti t-triq għall-grid management awtonoma. Hija parti minn Siemens Xcelerator, pjattaforma miftuħa tan-negozju diġitali li tippermetti lill-klijenti jħaffu t-trasformazzjoni diġitali tagħhom b’mod aktar faċli, mgħaġġel, u aktar effikaċi. 

Il-pjattaforma Gridscale X ta’ Siemens toffri kapaċitajiet aktar b’saħħithom għall- aktar trasparenza fin-netwerk ta’ vultaġġ baxx. Dan isir billi tuża statistika minn smart meters,u b’mod proattiv is-sistema tikseb informazzjoni dwar qtugħ tal- elettriku, tivviżwalizza konġestjoni fil-grid, u tiġġenera għarfien u statistika għall- soluzzjonijiet azzjonabbli. 

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport