Sitt impjegati tal-Wasteserv tressqu l-Qorti b’ċitazzjoni fejn ġew mixlija bi qtil involontarju ta’ ħaddiem fl-inċineratur tal-Marsa sentejn ilu. Il-vittma kien instab fid-daħla ta’ lift bi ġrieħi f’għonqu.
Il-persuni li tressqu fil-Qorti huma Richard Bilocca – Kap Eżekuttiv, Ryan Mark Cachia – inġinier, Stefan Salamone – Health and Safety Manager, Ryan Cauchi – maniġer li jieħu ħsieb il-faċilità, u Aylin Fleri u Sylvan Borg – uffiċjali tas-saħħa u s-sigurtà.
Is-sitt irġiel kienu identifikati f’inkjesta maġisterjali li kienet ikkonkludiet li kien hemm biżżejjed provi biex jinbdew proċeduri kriminali fil-konfront tagħhom. Fis-seduta tal-Qorti tal-, is-sitt imputati wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom.
Il-każ ikompli f’Ottubru.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukati Ramond Bonett Sladden u Sean Gabriel Azzopardi mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. L-Avukati Stephen Tonna Lowell, Arthur Azzopardi, Michael u Lucio Sciriha, Stefano Filletti u Maurice Meli qed jidhru għall-imputati.
L-Avukati Franco Debono u Francesca Zarb dehru parte civile għall-familjari tal-vittma.