Monday, December 9, 2024

Il-katavru li nstab f’bagalja fil-baħar huwa ta’ raġel… ebda sinjali ta’ dekompożizzjoni

Aqra wkoll

Minn informazzjoni li għadu kif kiseb dan is-sit, jirriżulta li l-bagalja li nstabet fil-baħar infteħet mill-ordni tal-Forzi Armati ta’ Malta li jinsabu fuq il-post, flimkien ma’ diversi uffiċċjali tal-Pulizija u vettura tal-Bommb Disposal Unit.

Intant siti ta’ midja lokali oħrajn irrapurtaw ukoll li fl-istess bagalja instabu biss ras ta’ persuna u l-parti ta’ fuq minn ġisimha u li r-reat brutali ma ilux ħafna li sar, minħabba l-fatt li ma hemm ebda sinjali ta’ dekompożizzjoni.

Aktar kmieni: Jinstab katavru f’bagalja fil-baħar

Aktar kmieni llum, għall-ħabta tas-1:30 p.m, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza wara li nstabet bagalja suspettuża f’wiċċ il-baħar, ftit ‘il barra mix-Xatt ta’ Tas-Sliema.

Fil-bagalja, instab katavru ta’ persuna. L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin, sabiex tiġi stabbilità l-identità tal-vittma u jiġu determinati ċ-ċirkostanzi tal-każ.

Il-Maġistrat Dr Ian Farrugia LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport