Sunday, November 24, 2024

Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-Għid il-Kbir

Aqra wkoll

Il-Knisja Kattolika llum tiċċelebra l-akbar festa liturġika tagħha, l-Għid il-Kbir – il-qawmien ta’ Kristu mill-mewt.

Aktar minn 2,000 sena ilu, Kristu miet fuq is-Salib, u wara 3 ijiem qam mill-mewt. Hekk kif xi dixxipli marru ħdejn il-qabar, sabu qabar vojt u għall-ewwel ħasbu li kien insteraq. Iżda imbgħad indunaw li dak Ġesù kien qam mill-mewt.

Għal miljun ta’ Kattoliċi, illum hemm l-obbligazzjoni tas-smiegħ tal-quddies.

Illum il-Papa Frangisku jmexxi ċ-ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il-Għid b’quddiesa fejn wara, kif dejjem isir, jagħti l-barka Urbi et Orbi li tfisser il-Barka fuq il-Belt u fuq id-Dinja.

Ma jistax jonqos li matul il-jum jinħarġu diversi pruċissjonijiet bi Kristu Rxoxt fejn f’diversi bliet u rħula tinżamm it-tradizzjoni li ssir il-ġirja bl-istatwa.

Bħal bieraħ ħafna nies f’Sibt il-Għid imorru l-knisja għaċ-ċerimonja liturġika fejn jiġi mħabbar il-Qawmien ta’ Kristu mill-Imwiet. F’din il-liturġija jsiru diversi ċerimonji fosthom it-tberik tal-ilma u tan-nar li jfissru bidu ġdid kemm għal Knisja Kattolika u anke għal Kattoliċi.

Sport