L-impenn tal-Korp tal-Pulizija li jipprovdi lill-pubbliku servizz aktar effiċjenti kompla jikber pemezz tat-twaqqif ta’ sezzjoni ġdida, ir-Remote Reporting Unit (RRU).
Kif jaħdem dan is-servizz?
Permezz ta’ dan is-servizz innovattiv tar-Remote Reporting Unit, wieħed jista’ jikkomunika direttament mill-kumdità tad-dar ma’ uffiċjal tal-Pulizija billi jimla formola sempliċi minn fuq il-websajt tal-Korp tal-Pulizija –https://pulizija.gov.mt/mt/aghmel-rapport/
Hawnhekk wieħed jipprovdi dettalji dwar x’qiegħed jirrapporta u jagħżel data u ħin konvenjenti biex uffiċjal tal-Pulizija jagħmel kuntatt lura permezz tal-metodu ta’ kuntatt preferut.
Wieħed jista’ jispeċifika wieħed minn fost firxa ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni,
fosthom Whatsapp, Google Meet, FaceTime, Teams jew telefonata regolari.
Permezz ta’ dan is-servizz, wieħed jista’ jirrapporta fost oħrajn oġġetti mitlufa, ħsarat, u rapporti oħra mhux urġenti.
L-uffiċjal li jieħu r-rapport jirreġistrah fis-sistema tal-pulizija, u tintbagħat kopja tar-rapport bil-posta elettronika. Il-Korp tal-Pulizija jfakkar li f’każijiet ta’ emerġenza, wieħed għandu dejjem iċempel fuq innumru 112 jew 119.
Il-pubbliku xorta se jkollu l-għażla li jekk iħossu iktar komdu, imur jagħmel rapport b’mod fiżiku fi kwalunkwè għassa tal-pulizija