Saturday, April 25, 2026

Il-Kurċifiss li tkisser minn suldati Iżraeljani fil-Libanu… rabja kbira

Aqra wkoll

Il-każ li kien jirrigwarda ritratt li kien juri suldat Iżraeljan ikisser kurċifiss fil-Libanu, ġabu kundanni kbar. Kundanni anke minn Iżrael stess fejn rajna diversi esponenti jikkundannaw dan l-att u anke ħadu passi kontra is-suldati li wettqu dan l-att. Il-Prim Ministru Iżraeljan stess, Benjamin Netanyahu iddikjara li jinsab dispjaċut b’dak li ġara. 

Ir-rabja li intweriet wasslt biex ittieħdu passi kontra iż-żewġ suldati responsabbli minn dan.  Filfatt iż-żewġ suldati  tneħħew  mill-armata u  ngħataw sentenza ta’ 30 jum ħabs wara li wieħed minnhom uża martell biex ikisser statwa ta’ Ġesù fin-nofsinhar tal-Libanu waqt li l-ieħor iffilmjah.

Wara li ddeterminaw l-awtentiċità tar-ritratt, il-Forzi tad-Difiża ta’ Iżrael għamlu investigazzjoni. L-investigazzjoni ikkonkludiet li “l-imġieba tas-suldati kisret kompletament mill-ordnijiet u l-valuri tal-militar Iżraelit”.

Immedjatament bdiet ħidma biex is-salib jitranġa u jitpoġġa f’postu. Fl-aħħar sigħat, kien id-Deputat Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Antonio Tajani  li tkellem dwar dań il-kurċifiss. Hu ħabbar li suldati truppi  involuti fil-missjoni tal-UNIFIL fil-Libanu ħadmu biex fil-post reġa’ tpoġġa l-Kurċifiss. 

“Aħna kburin bis-suldati tagħna fl-UNIFIL, li taw donazzjoni għal statwa ġdida ta’ Ġesù biex tissostitwixxi dik meqruda minn suldati Iżraeljani. Din hija l-karatteristika ewlenija tal-forzi armati tagħna”, iddikjara Tajani.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport