Il-Prim Ministru Spanjol, Pedro Sanchez, waqt li kien għal summit tal-Kapijiet tal-Istati tal-Unjoni Ewropea f’Ċipru, iddikjara b’mod ċar ħafna li s-sitwazzjoni li għaddej minnha l-Lvant Nofsani llum turi li l-liġi ta’ min hu l-aktar b’saħħtu ma ġġibx paċi, sigurtà, jew stabbiltà. Tagħmilna biss ilkoll aktar dgħajfin. Il-forza brutali mhix it-triq. Spanja se tkompli tiddefendi l-liġi internazzjonali”.
Hu ġie mistoqsi ukoll dwar pjani mill-Istati Uniti, fejn issemmiet imjel interna li tkellmet dwar is-sospensjoni ta’ Spanja minn NATO. Hu ddikjara li “Spanja sseggwi l-obbligazzjonijiet tagħha. Aħna sieħeb leali fin-NATO”.
Il-Prim Ministru Spanjol fis-summit baqa’ jinsisti li jissospendi l-ftehim ta’ assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżrael: “L-Artikolu 2 ta’ dak il-ftehim jitkellem dwar ir-rispett tad-dritt internazzjonali u jidher ċar li la fil-Libanu u lanqas fix-Xatt tal-Punent u lanqas f’Gaża, l-Iżrael mhu qed jirrispetta dan”.


