Il-lifeguards tal-Malta Red Cross li qegħdin josservaw u jagħtu l-ewwel għajnuna fil-bajja tal-Ġnejna salvaw tifel ta’ tmien snin milli jifga.
Huma rnexxielhom jgħinuh biex jerġa’ jibda jieħu n-nifs normali, iżda xorta waħda ssejaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei li mar fuq il-post b’ambulanza.
It-tifel ittieħed l-isptar għal aktar osservazzjoni.

