Saturday, December 21, 2024

Il-membri tal-GWU jopponu l-pjan tal-Malta Air biex tnaqqas il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema

Aqra wkoll

Impjegati tal-Malta Air membri tal-GWU jinsabu urtati għall-mod li bih il-kumpanija mhux biss trid tnaqqas il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom imma lanqas ma trid tagħti garanzija li żżommhom fl-impjieg. Fil-waqt li l-GWU tinsab urtata ghall-stqarrija għall-istampa mahruga mill-MaltaAir.  

Il-kumpanija qed thedded li mill-1 ta’ Jannar li ġej tkeċċi 40 ‘cabin crew’ jekk l-istess impjegati ma jaċċettawx tnaqqis fil-pagi taghhom ghall-erba’ snin li gejjin. Il-GWU ipproponiet diversi proposti skond kif titlob il-ligi ghad-diskussjoni izda l-kumpanija baqghat adamanti li tnaqqas l-kundizzjonijiet u li jssir ftehimi iehor ghall-erba’ snin.

Malta Air twaqqfet f’Lulju 2019 wara ftehim bejn il-Gvern Malti u r-Ryanair bil-linja tal-ajru Irlandiża topera l-ajruplani tagħha għall-vjaġġi minn u lejn Malta. F’Mejju ta’ din is-sena l-maggoranza tal-cabin crew issiehbu fil-GWU. Dak in nhar il-kumpanija iddikjarat li ser tkecci 60 impjegat imma b’diskussjonijiet dawn is-sensji gew solvuti. Meta il-GWU hadet ir-rikonoxximent kien hemm ftehim li sar mar-rapprezentanti tal-haddiema li jkoppri l-perjodu bejn Novembru 2019 sa Marzu 2023. Issa l-Kumpnija trid thassar dak l-agreement u taghmel iehor ghall-erba snin li jibda minn Lulju ta’ din is sena u jiskadi fl-2024.

Minħabba s-sitwazzjoni tal-pandemija il-haddiema qablu li jnaqqsu l-kundizzjonijiet taghhom izda mhux ghall-daqs hekk tul. Haga ohra l-GWU talbet li waqt l-perjodu tal-ftehim ma jssir l-ebda sensja. Il-kumpanija qalet li ser taghmel dak kollu possibli li dan ma jssirx izda ma tistax taghti garanzija ta’ dan.

Fil-ftehim il-kumpanija trid tnaqqas il-kundizzjonijiet tal-impjegati minn Gunju ta’ din is-sena u dawn jibdew jingħataw lura fis-snin li ġejjin sakemm jerġgħu li kienu fl-2024.

Madankollu l-Malta Air lanqas mhu qed tagħti garanzija li b’dan it-tnaqqis se jitħarsu l-impjiegi kollha u kien għalhekk li għaddiet il-pjan lill-ħaddiema għall-votazzjoni.

Waqt li 91% tal-impjegati fil-kumpanija huma membri tal-GWU kienu 85% ta’ dawn l-istess membri li ivvutaw kontra l-pjan li trid l-Malta Air trid li l-ftehim ikun effettiv mill-1 ta’ Ġunju ta’ din is-sena.

Impjegati li tkellmu maghna b’mod individwali iddeskrivew il-pjan bħala wieħed li jnaqqas mid-drittijiet tal-ħaddiema. Huma qed jilmentaw ukoll li raw tnaqqis fil-pagi bil-GWU talbet lill-awtoritajiet biex jinvestigaw dan.

L-unjin talbet ukoll lid-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali biex ilaqqa’ liż-żewġ naħat ħalli jiddiskutu s-sitwazzjoni biex tinstab soluzzjoni tajba għaż-żewġ naħat.

Ekonomija

Sport