Ilbieraħ il-Parlament Ewropew ċaħad it-talba biex titneħħa l-immunità parlamentari ta’ Daniel Attard, hekk kif skont il-Kumitat Parlamentari ntqal li t-talba kienet waħda infondata u bbażata fuq mistaken identity.
Ir-rapport jgħid hekk: “Whereas the allegations first communicated in the reply of 18 September 2025 turned out to be based on mistaken identity, as revealed in the letter of 5 March 2026, which further exacerbated the serious doubts surrounding the line of argument underlying the initial request.”
Matul l-aħħar tlettax-il xahar, diversi esponenti tal-Partit Nazzjonalista ħadmu lejl u nhar fil-midja biex jikkundannaw lil Daniel Attard qabel ma raw il-fatti.
Għal xhur sħaħ, dawn in-nies ippreżentaw lil Daniel Attard bħala ħati. Din hija l-politika ta’ min lest iħammeġ r-reputazzjoni ta’ Malta u tar-rappreżentanti tagħha, basta jieħu vantaġġ politiku.
Bil-vot tal-lum il-Parlament Ewropew għamel ġustizzja mal-Ewroparlamentari Laburista Daniel Attard.



