Saturday, December 28, 2024

Il-pjan dwar il-ftuħ tal-iskejjel lest… L-approvazzjoni mill-Awtoritajiet tas-Saħħa fis-sigħat li ġejjin

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana ħabbret li l-pjan dwar il-ftuħ tal-iskejjel jinsab lest u hija kwistjoni ta’ approvazzjoni mill-Awtoritajiet tas-saħħa. Hija qalet li l-pjan mistenni jkun approvat fis-sigħat li ġejjin.

F’kummenti li tat lill-ġurnalisti hija qalet: “Il-pjan ilu lest fil-fatt on the ground diġà qed nattwawh però kif ħabbart qed nistennew l-approvazzjoni minn ħin għall-ieħor tal-Awtoritajiet tas-Saħħa.”

Filwaqt li serħet ras kulħadd li l-pjan qiegħed hemm, semmiet kif issa għandhom il-vantaġġ ta’ sena esperjenza flimkien ma’ programm ta’ vaċċinazzjoni li kien suċċess. 

“Jiġifieri għandna fuq xiex naħdmu, għandna l-esperjenza. Il-pjan huwa lest. Hija kwistjoni ta’ approvazzjoni li fis-sigħat li ġejjin mistenni li jkun approvat imbagħad ikun hemm il-laqgħat mal-istakeholders.”

Ekonomija

Sport