Friday, May 3, 2024

Il-PL b’distakk ta’ 28,000 fl-elezzjoni ġenerali

-Terġa’ tiżdied il-fiduċja f’Robert Abela

Aqra wkoll

Ftit ġimgħat qabel tibda uffiċjalment il-kampanja għall- elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew jidher li l-Partit Laburista jibda b’vantaġġ ta’ 22,400 vot. Dan skont stħarriġ ta’ Dott. Vincent Marmarà li sar bejn it-8 u t-12 t’April.

F’dan l-istħarriġ saret ukoll il-mistoqsija “Lil liema partit politi- ku tivvota f’każ t’elezzjoni ġenerali għada?”, bid-distakk jiżdied għal 10.1% favur il-Partit Laburista. Dan l-istħarriġ jindika turnout ta’ 76% f’każ t’elezzjoni ġenerali għada, bid-distakk ikun ta’ ak- tar minn 28,000 vot favur il-Partit Laburista.

Waqt li 53.3% wieġbu li jivvutaw lill-Partit Laburista, 43.2% qalu li jappoġġjaw lill-Partit Nazzjonalista u 3.5% jivvutaw partiti oħrajn f’elezzjoni ġenerali.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport