Tuesday, April 28, 2026

Il-PM Abela jressaq l-ewwel proposti ta’ INT MALTA

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela ftit tal-ħin ilu ħabbar li waħda mill-proposti tal-Manifest INT MALTA mressaq mill-Partit Laburista se jkun qiegħed jgħin aktar lill-persuni li se jkunu qegħdin jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom.

L-iskema l-ġdid “L-ewwel Dar Tiegħi” l-Gvern se jkun qiegħed jipprovdi 25% tal-valur tal-proprjetà bħala self mingħajr interessi. 

B’ekonomija b’saħħitha, inkunu miegħek f’kull pass

  • Biex ikollok iktar ħin mal-familja
  • Biex ikollok l-aqwa bidu għall-karriera jew negozju tiegħek bla taxxa
  • Biex ikollok id-dar li tixtieq
  • Biex tgawdi l-irtirar b’pensjoni aqwa

AKTAR ĦIN MAL-FAMILJA

Il-leave tal-maternità, se jiżdied bi tmien ġimgħat. Għalhekk se jitla’ għal 26 ġimgħa.

Il-leave tal-paternità se jirdoppja – minn ġimagħtejn għal xahar.

Ser nintroduċu sitt xhur parental leave imħallas mill-gvern, liema leave jittieħed b’mod volontarju u jista’ jinqasam bejn iż-żewġ ġenituri kif jiddeċiedu huma.

F’dak li hu parental leave, tibqa’ tieħu l-istess paga jekk taqla sa sebgħin elf ewro.
Fhimna li l-ħin hu wieħed mill-iktar affarijiet li li tixtiequ u qed inwieġbu għal dan. Mhux se nitfgħu piż fuq in-negozji, għax il-finanzi tal-gvern jifilħu li jsir dan l-investiment fikom u f’uliedkom.

Għalhekk ukoll – li fl-ewwel sena wara t-twelid, bejn il-quċċija u meta t-tarbija tgħalaq, sentejn, il-ġenituri ser jingħataw tmienja u għoxrin (28) ġurnata leave addizzjonali bejniethom, ukoll imħallas mill-gvern, biex ikunu jistgħu jaġġustaw ħajjithom aħjar u jqattgħu aktar ħin ma’ uliedhom.

F’kas li jagħżlu li jidħlu lura immedjatament għax xogħol u ma jieħdux is-sitt xhur parental leave, it-tmienja u għoxrin (28) ġurnata leave addizzjonali jistgħu jibdew jintużaw mal-ewwel.

Il-bonus tat-twelid bħalissa huwa ta’ €1,000 għall-ewwel wild, €1,500 għat-tieni wild, u €2,000 għat-tielet wild jew aktar. Dan ser jiżdied għal ħames t’elef ewro (€5,000) għal kull wild, bl-ewwel pagament ta’ tliet elef ewro (€3,000) jitħallas fis-seba’ xahar tat-tqala. Il-kumplament jitħallas wara t-twelid tat-tarbija. Hawn ukoll qed nifhmu l-bżonn tal-familja hi u tħejji għal din l-esperjenza mill-isbaħ.

IL-PROPOSTA KICK START GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ
Fl-ewwel tliet snin minn meta ż-żgħażagħ jibdew jaħdmu full-time jew jiftħu l-istartup tagħhom, dawn mhux se jħallsu taxxa fuq l-ewwel tletin elf ewro (€30,000) tad-dħul tagħhom.

Dan ifisser li ż-żgħażagħ b’kollox ser jifdlilhom sa’ massimu ta’ tnax -il elf u tliet mitt ewro (€12,300) addizjonali fil-but.

IL-PROPOSTA MY FIRST HOME
Fil-leġiżlatura li jmiss se jiddaħħlu inċentivi iktar b’saħħithom. Għalhekk, filwaqt li skemi ezistenti ser jiġu msaħħa, ser:

Nintroduċu skema ġdida msejjħa MY FIRST HOME, fejn il-gvern se jislef sa ħamsa u għoxrin fil-mija tal-valur tal-proprjetà lil first time buyers bla interessi. Il-gvern iżomm dak is-sehem bħala garanzija sakemm imbagħad dawk eleġibbli jkunu f’pożizzjoni, jekk irridu, jħallsu dak is-sehem bla interessi u jsiru s-sidien uniċi tal-proprjeta. Kif se nispjega lill-first time buyers se niffrankawlok eluf kbar ta’ ewro f’imgħaxxijiet.

Fil-fatt bil-my first home, jistgħu jgawdu l-first time buyers kollha minn tlieta u għoxrin (23) sena ‘l fuq, li se jkunu eleġibbli sabiex fuq proprjetajiet tal-valur sa massimu ta’ tliet mitt elf ewro (€300,000) għal persuni single bi dħul sa erbgħin elf ewro. F’każ ta’ koppji li bejniethom jgħaqilgħu sa sittin elf ewro l-valur tal-proprjetà jitla’ għal tliet mija u ħamsin elf ewro (€350,000).

Dan ifisser li b’ħamsa u għoxrin fil-mija fuq dan l-ammont ġejjin mill-gvern persuna single tiffranka sa ħamsa u sittin elf (65,000) ewro f’interessi, u koppja tifranka sa’ madwar ħamsa u sebgħin (75,000) ewro f’interessi.

PROPOSTA OUR NEXT HOME
Huwa minnu li l-ewwel proprjetà tkun żiedet fil-valur, iżda dawk il-familji li jixtiequ jkabbru u jagħmlu dik il-qabża biex jaċċessaw it-tieni proprjetà se ngħinuhom ukoll.

Għalhekk familji b’aktar minn wild wieħed b’din ix-xewqa, b’din l-aspirazzjoni – se jkunu qed jieħdu l-inċentivi tal-first-time buyers relatati mat-taxxa tal-boll u inċentivi relatati ma’ proprjetajiet fil-UCAs meta jbiegħu r-residenza preżenti tagħhom, u jixtru waħda akbar.

PROPOSTA TERAPIJA GĦAT-TFAL
Għalhekk se niffinanzjaw l-ispiża kollha għal tfal ta’ taħt is-tmintax -il sena b’diżabilita jew kundizzjonijiet newrodivergenti relatata mat-terapija li jeħtieġu, fosthom occupational therapy, speech and language therapy u physiotherapy.

Il-ġenituri ta’ dawn it-tfal, li jieħdu lill-uliedhom għat-terapija jew għall-appuntament l-isptar se jibbenifikaw minn ħamest’ijiem carers leave imħallsa u l-leave jkunu jistgħu jaqsmuh f’sigħat.

PROPOSTA DWAR IŻ-ŻIEDA FIL-PENSJONIJIET
Se nagħtu garanzija li tul il-ħames snin li ġejjin il-pensjonanti tagħna se jaraw il-pensjoni tiżdied b’ħamsin (€50) oħra fil-ġimgħa, inkluż iż-żieda għall-għoli tal-ħajja.

Din il-miżura flimkien ma’ oħrajn se tfisser li fuq medda ta’ ħames snin ser nagħtu garanzija ta’ aktar minn biljun ewro aktar fil-bwiet tal-anzjani tagħna.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport