Waqt il-maratona għat-tfal kollha kollha kollha li saret mill-Malta Trust Foundation il-Gvern ippreżengta s-somma ta’ €50,000.
Kien il-Prim Ministru Robert Abela li ħabbar dan f’intervent li għamel waqt l-istess maratona. Il-Prim Ministru qal li l-Gvern qed jagħti din l-għotja mill-Fond għall-Kawżi Soċjali.
Dr Abela qal li l-Gvern irid jara li t-tfal kollu jimxu ‘l quddiem u li l-ġenituri jingħataw kull appoġġ.
Waqt din il-maratona nġabret is-somma ta’ 1,512,101 ewro.



