Sunday, November 24, 2024

Il-PM jippubblika r-rapport tal-inkjesta maġisterjali dwara il-każ-Sofia

Aqra wkoll

L-Uffiċċju tal-Prim Ministru ppubblika l-procès-verbal dwar l-inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Inkwirenti Dr Marse-Ann Farrugia dwar l-inċident fatali li seħħ f’Kordin nhar it-3 ta’ Diċembru 2022.

Il-procès-verbal hekk kif mgħoddi lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, mill-Avukat Ġenerali, qed ikun ippubblikat. It-talba lill-Avukat Ġenerali saret f’ittra tal-21 ta’ Lulju 2023, li wkoll kienet ippubblikata.

B’hekk il-Prim Ministru qed iżomm mal-impenn li ta pubblikament li ladarba tasal għandu din l-inkjesta tkun ippubblikata, f’att ta’ trasparenza. L-istess impenn ta’ trasparenza se jkun rifless ukoll fil-proċeduri marbuta mal-inkjesta amministrattiva hekk kif il-Gvern hu impenjat li tkun magħrufa l-verità kollha.

Wara li tlestiet l-inkjesta maġisterjali, il-Ħadd li għadda, tressqu l-Qorti ħames persuni u ġew akkużati li involontarjament ikkawżaw il-mewt ta’ Jean Paul Sofia li kellu 20 sena u li kkawżaw ġrieħi gravi fuq persuni oħra fost oħrajn. Huma ngħataw il-ħelsien mill-arrest, bil-każ mistenni li jibda jinstema’ fil-jiem li ġejjin.

Sport