Saturday, December 21, 2024

Il-PM jwiegħed li pajjiżna se jibqa’ jattira kumpaniji li jġibu xogħol ta’ kwalità

Robert Abela jżur kumpanija tal-AI

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela żar kumpanija internazzjonali li tispeċjalizza fuq soluzzjonijiet li jużaw l-intelliġenza artifiċjali, SmartCow. Din il-kumpanija għandha l-bażi tagħha f’diversi bliet madwar id-dinja fosthom f’pajjiżna, f’Pariġi, Milan, Singapore, u dalwaqt bażi oħra f’Dubai.

Waqt iż-żjara, Dr Abela tenna li l-ħolqien tax-xogħol huwa l-bażi tal-ħolqien tal-ġid. Iżda sostna li rridu niżguraw li x-xogħol li nattiraw ikun ta’ kwalità, li jiżgura li tgħix ħajja aħjar. Pajjiżna se jibqa’ miftuħ għan-negozju u se nkomplu nattiraw kumpaniji li jġibu f’Malta karrieri ta’ kwalità. Il-Prim Ministru Robert Abela nnota wkoll kif kumpaniji bħal SmartCow huma dawk li qegħdin jippreparaw lil pajjiżna għall-futur.

B’din il-kumpanija tirrifletti preċiżament it-tranżizzjoni ekonomika li qed iħaddem il-Gvern, fil-fatt 90% tal-ħaddiema li tħaddem huma inġiniera.

Il-Prim Ministru rrimarka mill-ġdid l-importanza tas-settur tal-intelliġenza artifiċjali u l-opportunitajiet ta’ xogħol ta’ kwalità li jeżistu f’dan il-qasam. Dr Abela kkonkluda li rridu nħeġġu aktar Maltin jagħżlu dawn il-karrieri, u l-Gvern se jibqa’ jinċentiva dan, anke b’tisħiħ tal-istipendju f’dawk l-aktar oqsma bżonjużi għas-soċjetà.

Preżenti għaż-żjara kien hemm ukoll il-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet Silvio Schembri u l-Kap Eżekuttiv tal-MDIA Kenneth Brincat.

Ekonomija

Sport