Saturday, December 21, 2024

Il-PM vittma ta’ attakk ċibernetiku

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Dr Robert Abela nnifsu ġimgħatejn ilu safa vittma ta’ attakk ċibernetiku billi ntbagħtu f’ismu emails fake lil xi ġurnalisti. Għaldaqstant huwa talab lin-National Cybersecurity Committee biex joħroġ bi proposti dwar kif tista tissaħħaħ il-ġlieda kontra atti bħal dawn.

Fi stqarrija uffiċjali, il-Prim Ministru rrefera għal diversi attentati fejn kien hemm min ipprova jaġixxi ta’ persuni jew entitajiet oħrajn filwaqt li jiġġenera kontenut online.

L-attakk fuq il-Prim Ministru sar fil-15 ta’ Awwissu li għadda u b’mod immedjat sar rapport lill-Malta Information Technology Agency (MITA).

Filwaqt li l-pulizija għandha tibqa miexja bl-investigazzjonijiet tagħha, il-Prim Ministru sostna li atti bħal dawn huma kundanabbli u m’għandhom ebda post fis-soċjeta.

Ekonomija

Sport