Wednesday, May 20, 2026

“Il-PN b’kalkoli li ma jinkwadrawx… did-darba fl-enerġija rinovabbli”- il-Ministru Miriam Dalli

Aqra wkoll

“Jum ieħor u taħwida oħra mill-Partit Nazzjonalista, did-darba differenza ta’ 20%. It-Tnejn li għadda, il-PN ħareġ il-manifest elettorali tiegħu. U xi ħaġa li kienet sinonoma mal-PN, baqgħet evidenti anke t-Tnejn, numri li ma jaqblux bejniethom, kalkoli li ma jinkwadrawx. Did-darba dwar l-enerġija rinnovabbli.”

Dan ġie nnutat mill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Miriam Dalli fejn qalet li punt 8 dwar l-enerġija rinnovabbli jgħid li l-PN sas-sena 2030 iridu jilħqu 30% tal-enerġija li tkun ġejja mir-rinnovabbli. Qalet li jekk tqalleb ftit paġni, f’punt numru 24, il-PN jgħid li jrid jilħaq 50% tal-enerġija li tkun ġejja mir-rinnovabbli. Dan ifisser differenza ta’ 20%.

“Dan juri bl-aktar mod ċar kemm il-PN lanqas qed jagħraf id-direzzjoni li verament irid imur fiha. Allura hi kwistjoni ta’ kompetenza li toħroġ ċara kull ġurnata ta’ din il-kampanja elettorali,” qalet il-Ministru Dalli.

Min-naħa l-oħra, hija qalet li dan il-Gvern jaf fejn sejjer u għandu direzzjoni ċara. “Minn persentaġġ ta’ inqas minn 3% li ħalliena fih Gvern Nazzjonalista preċedenti fejn tidħol l-enerġija rinnovabbli, illum qbiżna 17% u sas-sena 2030 irridu li nkunu lħaqna l-25%. “Il-politika tagħna hija ċara nafu fejn irridu mmorru, hi kredibbli.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport