Sunday, December 22, 2024

Il-PN jsostni li d-Direttur tal-ħabs għandu jerfa’ r-responsabbilità

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

F’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Kelliem Ewlieni tal-Partit Nazzjonalista Peter Agius, u l-kandidati Graziella Galea u Darren Carabott saret enfasi li wara l-mewt ta’ Colin Galea jeħtieġ li l-amministrazzjoni tal-ħabs tinżamm responsabbli.

Agius min-naħa tiegħu tenna li taħt l-amministrazzjoni preżenti kien hemm persuni li daħlu biex jirriabilitaw ruħhom u spiċċaw inħarġu ġo kaxxa u żied li “dawn huma ħajjiet li tagħhom huma responsabbli l-kustodju legali li tagħha huwa responsabbli d-Direttur tal-ħabs.”

Il-kandidata Galea tkellmet dwar il-proposta tal-Partit Nazzjonalista li talbet li priġunieri li huma dipendenti mid-droga jingħataw opportunitajiet oħra ta’ riabilitazzjoni.

Carabott kompla ma’ ta’ qablu u saħaq li jeħtieġ li tintrefa’ r-responsabbilità u “għalhekk Alex Dalli għandu jitlaq”. 

Ekonomija

Sport