Il-poplu fl-Iżlanda jivvota kontra li jibdew negozjati għal sħubija fl-UE … 52.8% kontra u 47.2% favur

Aqra wkoll

Il-poplu fl-Iżlanda ivvota b’maġġoranza ċara f’referendum li sar dwar negozjati mal-Unjoni Ewropea.

F’dan ir-referendum il-poplu ġie mistoqsi jekk jixtieqx li jissokta l-proċess ta’ taħditiet sabiex il-pajjiż possibbilment isir membru tal-Unjoni Ewropea fil-futur.

Ir-riżultat kien ċar  fejn ħafna 52.8% tal-voti kienu kontra filwaqt li 47.2% kienu favur. 

Kien fl-2009 li l-Iżlanda kienet applikat sabiex tidħol fl-Unjoni Ewropea. Dawk it-taħditiet imbagħad kienu twaqqfu meta 4 snin wara ġie elett Gvern li kien kontra li l-pajjiż jissieħeb fl-Unjoni Ewropea. 

Matul dawn l-aħħar xhur din id-domanda reġgħet tqanqlet u kien għalhekk li seħħ dan ir-referendum.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport