Jinżamm arrestat wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fl-Imġarr u baqa’ sejjer

Aqra wkoll

Ġuvni ta’ 19-il sena residenti l-Imġarr jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li kien s-Sibt li għadda kien involut f’inċident tat-traffiku. 

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmeexxija mill-Ispettur Clive Abela spjegat li konsegwenza tal-istess inċident, żewġt irġiel spiċċaw isofru minn ġrieħi ta’ natura gravi. 

Il-ġuvni kien mixli wkoll li saq b’mod perikoluż u b’veloċità eċċessiva u li għamel ħsara fi proprjetà u li telaq minn fuq il-post wara l-inċident. L-Ispettur Abela sjega li meta l-Pulizija waslu fuq il-post tal-inċident, sabu li x-xufier tal-karozza baqa’ sejjer.

Ingħad li l-Pulizija għalu t-tfittxijiet meħtieġa u li meta mmarru jħabbtu l-bieb ta’ fejn kien joqgħod l-imputat, dan fetħilhom u ammetta li kien involut f’inċident tat-traffiku. Lil Pulizija, huwa qalilhom ukoll li kien telaq għax beża’. 

Id-Difiża għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest u argumenta lil-imputat ametta u ikkopera mal-Pulizija, li għandu impjieg u li l-fedina penali hija waħda nadifa.

Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat, fost l-oħrajn minħabba li qalet li Attard ma marx minn jeddu għand l-awtoritajiet biex jirrapporta l-involviment tiegħu. 

Il-Maġistrat Astrid May Grima ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u ordnat sabiex iż-żagħżugħ jinżamm arrestat. 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport