Tuesday, June 9, 2026

Il-Pulizija b’appell biex ma taqax vittma minn persuni bi profili foloz

Aqra wkoll

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li l-internet jista’ jkun post fejn wieħed jitgħallem, jilgħab, u jagħmel ħbieb ġodda, iżda huwa importanti li wieħed joqgħod attent. Qalet li t-tfal huma dejjem aktar esposti għal riskji online, bl-isfruttament u l-abbuż sesswali huma l-aktar theddidiet li qegħdin jiffaċċjaw. Iżda dan l-abbuż huwa prevenibbli u mhux inevitabbli. 

Permezz ta’ dawn il-pariri sempliċi, wieħed jista’ jevita milli jispiċċa vittma ta’ abbuż online:

• Kulma jingħad online jista’ ma jkunx minnu. Il-persuna li taħseb li qed titkellem magħha tista’ ma tkunx il-persuna li verament qed titkellem magħha. Kun ċert li ma’ min qed titkellem verament tafu.

• Tibgħatx ritratti jew vidjos lill-persuni li ma tafx. Tpoġġix ritratti tiegħek innifsek online, liema ritratti anqas ma tkun trid turi lil dawk qrib tiegħek.

• Jekk tibda tħossok skomdu waqt xi konverżazzjoni, waqqafha u mblokka l-persuna.

• Jekk qed tiġi fil-mira ta’ persuna online, tkellem ma’ persuni li tavda bħal tal-familja, ħbieb u għamel rapport lill-Pulizija.

“Ftakar li l-abbuż fuq l-internet jista’ jiġri lil kulħadd. Li tibqa’ informat, attent, u lest li tfittex l-għajnuna huma importanti biex wieħed jipproteġi lilu nnifsu u lill-oħrajn,” qalet il-Pulizija.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport