Uffiċjali mid-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali flimkien ma’ dawk midDipartiment tas-Saħħa Amjentali fl-aħħar sigħat issejħu f’residenza fi Triq Tony Zahra fiż-Żejtun.
F’residenza li anke mir-riħa li kienet tibda minn kif tirfes mill-bieb ‘il ġewwa huma sabu tmint iklieb li kienu qed jinżammu f’kundizzjonijiet ħziena ħafna. Jidher li l-intervent seħħ wara rapporti mingħand ġirien li lmentaw dwar dawn l-istess klieb li minn ritratti li ksibna juru li kellhom saħansitra ċesti f’għajnejhom.
Bil-każ se jkunu infurmati l-Pulizija u mhux eskluż li jittieħdu passi legali kontra s-sid ta’ dawn il-klieb.