Sunday, December 22, 2024

Il-Qorti hija indispensabbli għad-demokrazija vera, ħajja u tanġibbli fil-pajjiż

Il-Prim Imħallef Dr. Mark Chetcuti fil-ftuħ tas-Sena Forensi

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-Qorti bil-kritika kollha magħmulha lejha għadha u tibqa’ istituzzjoni indispensabbli għad-demokrazija vera, ħajja u tanġibbli fil-pajjiż. Dan qalu l-Prim Imħallef Dr Mark Chetcuti f’diskors li għamel fil-ftuħ tas-Sena Forensi.

Huwa qal li jeħtiegġ li l-professjoni legali tkun waħda awtentika, iddixxiplinata u immirata biex jitmexxa l-proċess quddiem l-Qorti fejn jinħoloq dak il-proċess delikat bejn id-dover lejn il-klijent u l-lealta’ lejn il-proċess ġudizjarju biex jasal fi tmiemu bla xkiel mhux mistħoqq. Dr. Chetcuti qal ukoll li hemm bżonn ta’ għarfien f’kull qasam.

B’referenza għall-iskejjel, huwa qal li dawn għandhom irawwmu lill-istudenti fuq it-tħaddim tas-sistema ġudizjarja speċjalment fejn jidħlu d-drittijiet u l-obbligi taċ-ċittadini f’soċjeta’demokratika. Żied jgħid li l-għarfien huwa bżonnjuż ukoll għal mezzi pubbliċi tax-xandir li b’kollaborazzjoni mal-amministrazzjoni tal-ġustizzja jtellgħu programmi edukattivi fuq il-varji dixxiplini legali.

Il-Prim Imħallef Chetcuti qal ukoll; “ Irridu nammettu u ma nibqgħux ninħbew minn realta’ ta’ sistema li mhix tagħti riżultat kif mistennija fi stat demokratiku Ewropew u hawn nerġa’ nirreferi għal dak li aċċennajt qabel rigward is-sistema ġudizjarja effiċjenti u fl-istess waqt ippreparata u dixxiplinata bla ebda skużi”.

Insista li huwa ta’ diżappunt kbir il-fatt li f’soċjeta’ Maltija li ssawret minn valuri soċjali ta’ missirijetna, flok ikun hemm kritika kostruttiva li tgħin sabiex jitranġaw. fejn hu dgħajjef, ikun hemm dikjarazzjonijiet, kummenti u allegazzjoniijiet li jkunu immirati biex iweġġgħu lil ġudikant.

Il-Prim Imħallef temnna jgħid li: “Għandna nkunu iebsin ma min jistħoqqlu imma din mhix liċenzja għal nuqqas ta’ rażan speċjalment meta nkunu qed nippresjedu f’awla fejn is-setgħa mogħtija bil-liġi trid tiġi msarrfa bir-rispett muri mill-ġudikanti lejn min jidher quddiemna u bl-umiltà li għandna ġġib magħha din il-kariga ta’ servizz.”

Ekonomija

1 kumment

  1. Dr Micallef naqbel mijja fil mijja mieghek.Izda nsaqsik META SE TITKOMPLA LINKJESTA FUQ EGRANT?IL POPLU GHANDU DRITT IKUN JAF IL VERITA.Il ballun fsiqek issa.GRAZZI

Comments are closed.

Sport