Friday, December 20, 2024

“Ilbsu żigarella vjola”

Nhar il-Ġimgħa tingħata l-aħħar tislima Bernice Cassar

Aqra wkoll

Oħt Bernice Cassar fuq il-profil tagħha ta’ Facebook kitbet li waqt il-funeral kulħadd għandu jilbes żigarella vjola biex jitfakkru l-vittmi tal-vjolenza domestika.
Alessia Cilia, oħt Bernice ħabbret li l-funeral se jsir nhar il-Ġimgħa li gejja fil-Knisja ta’ Ħaż-Żebbug fit-3pm.

Għal dawn il-funeral mistennija mijiet ta’ nies li se jkunu qegħdin jagħtu l-aħħar tislima lil aħħar vittma ta’ femiċidju. Allegatament Bernice, omm ta’ 40 sena inqatlet minn żewġha waqt li kienet sejra lejn ix-xogħol.

Qed ikun allegat li Bernice kienet ilha tagħmel rapport l-għassa kontra żewġha minħabba vjolenza domestika li kienet għaddejja minnu.

Żewġha fl-aħħar jiem beda għaddej kumpilazzjoni fil-Qorti dwar dan il-każ fejn fost l-oħrajn qed jiġi akkużat b’femiċidju. Skont dak li ħareġ mill-Qorti jirriżulta li Bernice ntlaqtet minn żewġ tiri ta’ arma tan-nar u l-wieħed fatali kien f’wiċċha.
Il-każ ta’ Bernice kien s-seba’ omiċidju ta’ din is-sena li minnhom kien hemm tnejn femiċidji.

Żewġha hu l-ewwel akkużat bil-liġi l-ġdid ta’ femiċidju. Il-każ il-Qorti qed jinstema quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud u mistenni li jkompli fil-jiem li ġejjin.

Ekonomija

Sport