Tuesday, May 5, 2026

Illiberat b’kundizzjoni raġel li kiser ordni ta’ protezzjoni b’messaġġi lill-eks sieħba

Huwa bagħtilha messaġġ jgħidilha li għadu jħobbha

Aqra wkoll

Raġel ta’ 33 sena mill-Imsida ngħata l-libertà taħt il-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor għal sena wara li ammetta li kiser ordni ta’ protezzjoni billi bagħat xi messaġġi lill-eks sieħba tiegħu permezz ta’ Facebook Messenger.

Il-każ beda jumejn ilu meta l-mara għamlet rapport lill-pulizija, u spjegat li minkejja li fit-13 ta’ April 2026 kienet ingħatat ordni ta’ protezzjoni li tipprojbixxi kull kuntatt, l-akkużat xorta bagħtilha xi messaġġi.

Fil-messaġġi, ir-raġel allegatament qalilha li għadu jħobbha u pprova jikkonvinċiha biex jerġgħu jirranġaw ir-relazzjoni tagħhom.

Il-qorti semgħet kif il-mara kienet diġà bblokkjatu minn diversi mezzi ta’ komunikazzjoni, iżda mhux minn Facebook, li użah biex jagħmel kuntatt magħha.

Ir-raġel ammetta l-akkużi kontrih.

Wara l-ammissjoni tiegħu, il-qorti sabitu ħati u lliberatu bil-kundizzjoni li ma jagħmel l-ebda reat ieħor fi żmien sena.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport