Sunday, November 24, 2024

Illum jiġi mfakkar Jum Għawdex

Aqra wkoll

Kull 28 ta’ Ottubru jiġi mfakkar Jum Għawdex u fil-fatt intgħażlet din id-data minħabba li f’dan il-jum tal-1798 l-Franċiżi f’Għawdex ċedew, u l-gżira taħt il-kmand ta’ Saver Cassar ġiet ħieles mid-dominazzjoni barranija. Għawdex kien baqa’ pajjiż Indipendenti għal 22 xahar sħaħ sakemm reġa’ ngħaqad ma’ Malta.

Storiċi jgħidu li l-istorja tal-gżira Għawdxija hija mimlija b’episodji fejn l-Għawdxin kellhom iħabtu ma’ wiċċhom ma’ diversi sfidi fosthom il-ħakma tal-barranin. L-Għawdxin dejjem però ddefendew il-gżira bl-aħjar mod li setgħu.

Biex titfakkar din il-ġrajja, quddiem il-Knisja ta’ San Ġakbu fi Pjazza Indipendenza sar monument lil Saver Cassar. L-Għawdxin kienu ġġieldu u ddefendew il-gżira weħidhom u minħabba li Malta kienet baqgħet taħt it-tmexxija Franċiża l-mexxejja ta’ dak iż-żmien iddeċidew li jiddikjaraw stat indipendenti.

Sport