Saturday, December 21, 2024

Immultat €500 wara li ammetta li hedded lill-eks sieħba

Aqra wkoll

Raġel ta’ 56 sena mill-Italja residenti l-Ħamrun ġie mmultat €500. Dan wara li fil-Qorti ammetta li hedded lill-eks sieħba.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Audrey Micallef spjegat li Biagio Gagliano u l-eks sieħba kienu ilhom snin twal għarajjes u li darba minnhom daħal fir-residenza tagħha mingħajr permess u li alegatament kien fis-sakra.

Ġie spjegat li l-mara ma kinitx id-dar u li meta rritornat lura d-dar sabitu ma’ wiċċha. Ingħad li meta l-mara bdiet tgħidlu sabiex joħroġ mid-dar tagħha, dan allegatament beda jheddida.

Il-Pulizija spjegat li sabet sikkina tal-laħam fil-vettura tal-akkużat. Fid-dawl tal-ammissjoni, id-Difiża mmexxija mill-Avukat Jacob Magri għamlet talba sabiex il-piena tkun waħda ta’ probation u multa fil-minimu. Il-Prosekuzzjoni ma oġġezzjonatx it-talba tad-Difiża.

Fis-sentenza tiegħu, Il-Magistarat Noel Bartolo li pproseda l-każ sab lill-imputat ħati u minbarra l-multa, impona fuqu ordni ta’ probation u ordni ta’ trattament, it-tnejn għal perjodu ta’ tliet snin.

Ekonomija

Sport