Thursday, January 16, 2025

Impjegata f’childcare mixlija b’theddida falza ta’ bomba

Aqra wkoll

Quddiem il-Maġistrat Gianella Camilleri Busuttil, tressqet mara ta’ 28 sena Impjegata f’childcare centre ta’ 28 sena mixlija li għamlet theddida falza ta’ bomba, liema theddiha allegatament saret fil-ġurnata fejn bosta skejjel kellhom theddid simili u ġew evakwati.

Fil-Qorti il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi James Mallia u Zachary Zammit spejgat li l-każ seħħ f’Diċembru tal-2024 meta l-Pulizija rċeviet diversi rapporti ta’ theddid ta’ bomba fi skejjel differenti f’pajjiżna, liema rapporti wasslu biex bosta studenti kellhom jiġu evakwati.

Ingħad li b’differenza mit-theddid ta’ bombi l-oħra, din ma saritx b’email iżda b’telefonata. Spettur minnhom spjega li hekk kif wasal fuq il-post u ordna sabiex jiġu evakwati, ġie infurmat li ma kien hemm xejn u li t-telefonata ma kienet xejn għajr ‘ċajta’.

Ġie psjegat ukollkif l-imputata marret fuq l-Ispettur u qallu li din kienet biss ċajta u li ma kintix għadditilha minn moħħha li s-sitwazzjoni tista tiġi daqshekk gravi. Hija ġiet arrestata fuq l-post.

Mistoqsi mid-Difiża, l-Ispettur Mallia, qal li l-akkużat ikkoperat. Fil-Qorti quddiem il-Maġistrat Camiilleri Busuttil wieġbet li mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontriha.

Għal mara dehru lavukati Franco Debono u l-avukata Adreana Zammit.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport