Sunday, December 22, 2024

Imut il-Kardinal Awstraljan li kien mixli b’abbuż sesswali fuq it-tfal

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-Kardinal George Pell, li l-kundanna tiegħu fuq akkużi ta’ abbuż fuq it-tfal ixxukkjat lill-Knisja Kattolika, miet fl-eta ta’ 81 sena. Huwa serva bħala teżorier tal-Vatikan fl-ogħla grad tal-Awstralja. Pell kien wieħed mill-ixjaħ persuni fil-Knisja Kattolika li ntbagħat il-ħabs fuq reati ta’ abbuż.

Il-mewt tiegħu tħabbret minn uffiċjali tal-Knisja. Huma qalu li l-mewt tiegħu kienet ikkawżata minn kumplikazzjonijiet fil-qalb wara operazzjoni li saritlu f’ġenbejh.

Fl-2014 huwa ġie msejjaħ f’Ruma sabiex jieħu ħsieb il-finanzi tal-Vatikan. Fl-2017 ħalla l-kariga tiegħu u mar lura l-Awstralja minħabba li kien qiegħed jaffaċċja quddiemu akkużi ta’ abbużi sesswali fuq it-tfal.

Il-Ġurija tas-sena 2018, sabet li George Pell abbuża minn żewġ subien, fiż-żmien fejn hu kien Arċisqof ta’ Melbourne fid-disgħinijiet. Il-Kardinal Pell, li dejjem żamm l-innoċenza tiegħu, qatta’ 13-il xahar ħabs qabel ma l-Qorti Superjuri tal-Awstralja annullat il-verdett fl-2020.

Ekonomija

Sport