Saturday, May 18, 2024

In-nirien f’Ħal Luqa MHUMIEX ġejjin mill-kumpless tan-nar

Aqra wkoll

Aktar kmieni għall-ħabta tat-3:15 p.m il-Pulizija rċeviet rapport ta’ nirien f’wieħed mill-kumplessi tal-kmamar tan-nar f’Ħal Luqa.

Fil-post issejħu minnufih il-Pulizija u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Fortunatament mal-wasla tagħhom fil-post irriżulta li n-nirien ma kienx ġej mill-kumpless, iżda minn ħaxix jaqbad fil-wied.

Dan is-sit jinsab infurmat li l-istess kumpless għadu kif iċċelebra l-festa u b’hekk in-nar preparat minnhom għadu kemm tgawda mill-pubbliku fl-aħħar sigħat.

Sport