Wednesday, April 17, 2024

Inawgurata sistema ta’ robotika u intelliġenza artifiċjali fil-laboratorji ta’ Mater Dei

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne inawgura sistema ta’ robotika u intelliġenza artifiċjali fil-laboratorjii ta’ Mater Dei li kapaċi tagħmel 600 test fis-siegħa. Din is-sistema saret b’investiment ta’ €4.5 miljun.

F’konferenza tal-aħbarijiet, id-Deputat Prim Ministru qal li fost l-oħrajn, matul il-pandemiija, ix-xogħol tal-laboratorju issemma ħafna bl-iswab tests li jsiru ta’ kuljum. Semma kif ta’ kuljum isiru viċin it-3,000 swab test kuljum anke issa f’dan il-perjodu tal-pandemija.

Waqt li kienu jinsabu fid-Dipartiment tal-Ħimatoloġija, li jagħmel testijiet fuq iċ-ċelloli tad-demm u fejn fih qed isir dan l-investiment il-ġdid, id-Deputat Prim Ministru qal li f’dan id-Dipartiment biss isiru mal-2,300 test kuljum. 

Qal li grazzi għal dan l-investiment, minħabba li l-fatt li qed tiddaħħal sistema ta’ robotika, din is-sistema se tkun tista’ tagħmel sa 600 test fis-siegħa.

Semma kif apparti minn hekk, din is-sistema għandha l-intelliġenza artifiċjali. Dan ifisser li l-magni nfushom kif jibdew jagħmlu t-test, mir-riżultat li jkun ħiereġ jiddeterminaw jekk hemmx bżonn li jsiru testijieit ulterjuri. B’dan il-mod, bis-sistema tal-intelliġenza artifiċjali, is-sistema nfisha tiddeċiedi x’testijiet għandhom bżonn isiru u joħroġ ir-riżultat f’temp ta’ ftit minuti.

Permezz ta’ din is-sistema, mhux biss se tkun tista’ tagħmel iżjed testijiet fis-siegħa, imma b’hekk il-persuna se tkun qed tiffranka dak id-dewmien bejn test u ieħor. 

Ekonomija

Sport