Friday, May 22, 2026

Inħaddnu d-diversità: Il-Pjan Nazzjonaligħall-Integrazzjoni 2025–2030

MARIO FAVA Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali

Aqra wkoll

L-elezzjoni tat-30 ta’ Mejju mhijiex biss kompetizzjoni bejn min għandu l-aħjar proposti differenti jew bejn slogan u ieħor. +ija elezzjoni li fiha l-poplu Malti u Għawdxi ser ikun qed jagħmel għażla ferm iktar profonda: għażla bejn il-kredibbiltà u n-nuqqas tagħha, bejn il-kompetenza u l-improvizzazzjoni, bejn min għandu rekord ta’ twettiq u min kien ilu snin iwiegħed mingħajr ma jwettaq. Fil-politika, il-kredibbiltà ma tinbeniex bil-kliem sabiħ jew b’wegħdi li jinstemgħu tajjeb waqt kampanja elettorali. Il-kredibbiltà tinbena fuq il-fatti, fuq il-konsistenza, fuq dak li partit jgħid u wara jwettaq fil-prattika. 

Partit kredibbli huwa wieħed li meta jwiegħed, in-nies jemmnu li jista’ jwettaq għax ikun diġà prova ruħu fil-Gvern. Il-kompetenza, min-naħa loħra, hija l-kapaċità li tmexxi pajjiż b’serjetà, b’għaqal u b’viżjoni, speċjalment fi żminijiet diffiċli meta l-poplu jkun jeħtieġ tmexxija soda u deċiżjonijiet responsabbli. Meta wieħed iħares lejn l-aħħar tlettax-il sena ta’ tmexxija Laburista, isib differenza ċara bejn il-politika tal-wegħdi vojta u politika mibnija fuq ir-riżultati. Fl-203, il-Partit Laburista wiegħed ekonomija aktar b’saħħitha, aktar investiment, aktar xogħol, titjib fil-kwalità tal-ħajja u pajjiż modern li joffri opportunitajiet għal kulħadd. 

Illum il-fatti jitkellmu waħedhom. Malta kellha waħda mill-aktar ekonomiji b’saħħithom fl-Ewropa, b’rata baxxa ta’ qgħad, b’żieda kontinwa fl-impjiegi u bi tkabbir ekonomiku li ġab prosperità reali għal eluf ta’ familji Maltin u Għawdxin. Il-Gvern Laburista ma waqafx biss fuq il-kliem. :ettaq żidiet fil-pensjonijiet sena wara sena, daħħal ilfree FhildFare li għen lil eluf ta’ familji jidħlu fid-dinja tax-xogħol, saħħaħ is-servizzi soċjali, investa fil-qasam tassaħħa u l-edukazzjoni, u wettaq proġetti infrastrutturali li għal snin twal kienu jitħallew fuq l-ixkaffa. Meta wiegħed li jnaqqas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, wettaq. U mhux biss wettaq, iżda żammhom stabbli anke meta d-dinja kienet qed tiffaċċja kriżi internazzjonali fl-enerġija. Dan huwa l-veru test tal-kompetenza. Mhux x’tgħid fi żmien elezzjoni, iżda kif tmexxi meta jaslu l-kriżijiet. 

Matul il-pandemija tal-Covid-19, Malta rat tmexxija li għarfet tipproteġi kemm is-saħħa tan-nies kif ukoll l-impjiegi tagħhom. Il-Gvern Laburista daħħal il-:age Supplement, għen lin-negozji, żamm l-ekonomija għaddejja u salva eluf ta’ impjiegi. Pajjiżi oħra raw qgħad massiv u negozji jagħlqu. Malta rnexxielha żżomm stabbiltà ekonomika u soċjali grazzi għal tmexxija b’viżjoni u b’deċiżjonijiet kuraġġużi. L-istess ġara waqt il-kriżi internazzjonali tal-enerġija u l-inflazzjoni wara l-gwerra fl-Ukrajna. 

Filwaqt li ħafna pajjiżi Ewropej raw żidiet enormi fil-kontijiet tad-dawl, fil-fjuwil u fil-ħajja ta’ kuljum, il-Gvern Malti għażel li jintervjeni u jipproteġi lill-familji u lin-negozji permezz ta’ sussidji li żammew l-istabbiltà. Din mhijiex biss kwistjoni ekonomika hija kwistjoni ta’ tmexxija kom imexxi u min qed jipprova joħloq immaġni mingħajr sustanza. Il-kredibbiltà ma tinkisibx f’xahar ta’ kampanja elettorali. Tinkiseb fuq medda ta’ snin. Tinkiseb meta dak li tgħid illum ikun jirrifletti dak li għamilt ilbieraħ. L-elezzjoni tat-30 ta’ Mejju għalhekk hija elezzjoni dwar min il-poplu jafdalu l-futur tal-pajjiż. 

Dwar min għandu rekord ta’ tmexxija soda, min jaf jieħu d-deċiżjonijiet diffiċli, u min għandu l-kapaċità jżomm il-pajjiż miexi ’l quddiem anke fi żminijiet ta’ sfidi internazzjonali. Mhux kull min iwiegħed huwa kredibbli. Mhux kull min jikkritika għandu soluzzjonijiet. U mhux kull min jitkellem fuq bidla għandu l-kompetenza biex imexxiha. Il-Maltin u l-Għawdxin illum għandhom quddiemhom għażla ċara: bejn moviment politiku li fl-aħħar tlettax-il sena prova li jista’ jwettaq u jipproteġi lill-pajjiż, u oppożizzjoni li ħafna drabi baqgħet marbuta mal-istess mentalità ta’ qtigħ il-qalb, inċertezza u wegħdi li qatt ma seħħew. 

Fl-aħħar mill-aħħar, il-poplu mhux qed jivvota biss għal proposta jew oħra. 4ed jivvota għal min għandu l-kredibbiltà li jwettaq u l-kompetenza li jmexxi. U din hija l-akbar deċiżjoni li pajjiż jista’ jagħmel. petenti li tifhem ir-realtajiet tan-nies. Meta wieħed iqabbel dan mar-rekord tal-Partit Nazzjonalista, id-differenza ssir aktar ċara. Għal snin twal il-Partit Nazzjonalista ilu jwiegħed tnaqqis fit-taxxa, iżda meta kellu l-opportunità jmexxi, mhux biss ma naqqasx it-taxxi kif wiegħed, iżda f’ħafna każijiet il-poplu spiċċa jġorr piżijiet akbar. 

Taħt it-tmexxija ta’ Lawrennce Gonzi, il-pajjiż kien għaddej minn żmien diffiċli fejn ħafna familji kienu qed ibatu biż-żieda fil-kontijiet taddawl u l-ilma. Minflok protezzjoni, in-nies ingħataw piżijiet ġodda. Il-Partit Nazzjonalista kien ukoll jitkellem ħafna dwar prudenza ekonomika, iżda kull darba li l-pajjiż affronta kriżi internazzjonali, il-mentalità kienet waħda ta’ awsterità. Jiġifieri politika li tiffoka fuq qtugħ u restrizzjonijiet aktar milli fuq investiment u protezzjoni tal-familji. Din hija d-differenza fundamentali bejn iżżewġ viżjonijiet politiċi. 

Il-Partit Laburista għażel il-prosperità. Prosperità li tfisser ekonomija li tikber biex il-ġid jinħoloq u jitqassam. Prosperità li tfisser investiment fil-bniedem, fil-familji, fil-ħaddiema u fin-negozji. Prosperità li tfisser li fi żmien kriżi l-Gvern ikun hemm biex jgħin u jipproteġi. Il-Partit Nazzjonalista storikament kien jiffavorixxi aktar il-politika tal-awsterità. Awsterità tfisser li meta jkun hemm diffikultà, ilpiż iġorruh in-nies. Tfisser qtugħ, konservatiżmu żejjed u nuqqas ta’ kuraġġ biex ilpajjiż jinvesti fih innifsu. U hawnhekk tinsab l-akbar differenza bejn il-kompetenza u l-improvizzazzjoni. Il-poplu jaf jagħraf ukoll min għandu l-esperjenza biex imexxi u min qed jipprova joħloq immaġni mingħajr sustanza. Il-kredibbiltà ma tinkisibx f’xahar ta’ kampanja elettorali. 

Tinkiseb fuq medda ta’ snin. Tinkiseb meta dak li tgħid illum ikun jirrifletti dak li għamilt ilbieraħ. L-elezzjoni tat-30 ta’ Mejju għalhekk hija elezzjoni dwar min il-poplu jafdalu l-futur tal-pajjiż. Dwar min għandu rekord ta’ tmexxija soda, min jaf jieħu d-deċiżjonijiet diffiċli, u min għandu l-kapaċità jżomm il-pajjiż miexi ’l quddiem anke fi żminijiet ta’ sfidi internazzjonali. Mhux kull min iwiegħed huwa kredibbli. Mhux kull min jikkritika għandu soluzzjonijiet. U mhux kull min jitkellem fuq bidla għandu l-kompetenza biex imexxiha. 

Il-Maltin u l-Għawdxin illum għandhom quddiemhom għażla ċara: bejn moviment politiku li fl-aħħar tlettax-il sena prova li jista’ jwettaq u jipproteġi lill-pajjiż, u oppożizzjoni li ħafna drabi baqgħet marbuta mal-istess mentalità ta’ qtigħ il-qalb, inċertezza u wegħdi li qatt ma seħħew. Fl-aħħar mill-aħħar, il-poplu mhux qed jivvota biss għal proposta jew oħra. 4ed jivvota għal min għandu l-kredibbiltà li jwettaq u l-kompetenza li jmexxi. U din hija l-akbar deċiżjoni li pajjiż jista’ jagħmel.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport