“Jake int l-imħabba tiegħi, it-tbatija tan-nuqqas tiegħek inħossha kuljum. Il-ħajja tħossha daqshekk vojta mingħajr tbissima u d-daħk tiegħek. Inqum kull filgħodu nixtieq li nisma’ leħnek, inżomm idejk, u ngħidlek kemm inħobbok.”
Dan kien il-messaġġ li wasslet Maruska Vella ftit tal-jiem ilu fuq facebook, fejn esprimiet ruħha dwar il-mibki binha Jake Vella, żagħżugħ li minkejja t-tbatija kollha li kien għaddej minnha, kont dejjem tarah jitbissem.
Fl-istess messaġġ, l-omm spjegat kif minkejja id-dinja trid tibqa’ miexja, id-dinja tagħha qatt mhu se tkun l-istess.
Maruska qalet ukoll; “Int kont l-akbar barka tiegħi, il-qawwa tiegħi u kollox għalija. Inħobbok, Jake issa u għal dejjem. Sakemm nerġgħu niltaqgħu”