Saturday, December 21, 2024

“Intraprenditorija taż-żgħażagħ b’għan uman” – Chairman tal-BOV

Aqra wkoll

‘Il-futur tal-gżejjer tagħna jiddependi fuq it-trawwim tal-intraprenditorija taż-żgħażagħ biex jingħelbu l-isfidi u tiġi vvalorizzata d-distintività tal-komunitajiet li ngħixu fihom.’ Dan qalu ċ-Chairman tal-BOV Dr Gordon Cordina waqt ‘Sustainability and Youth Entrepreneurship f’Għawdex’ – avveniment organizzat mill-Gozo Business Chamber permezz tas-sħubija mal-Bank of Valletta fejn żgħażagħ setgħu jippreżentaw l-ideat tagħhom quddiem panel ta’ esperti fin-negozju. L-avveniment ta’ din is-sena kien jittratta dwar is-sostenibbilta u d-dġitalizzazzjoni.

‘Is-sostenibbiltà mhix linja bażi minima li l-mudelli tan-negozju jridu jiksbu, imma jeħtieġ li jittrasformaw lilhom infushom f’organizzazjonijiet fejn is-sostenibbiltà tiġi l-ewwel,’ qal iċ-Chairman tal-BOV. ‘In-negozji jeħtieġ li jipproduċu u jbiegħu is-sostenibbiltà, aktar milli jbiegħu prodotti u servizzi b’mod sostenibbli, inkella l-għanijiet ta’ sostenibbiltà ma jkunux jistgħu jintlaħqu, aħseb u ara jinqabżu.’

‘Il-Banek kellhom jittrasformaw ruħhom biex jiġġieldu kontra l-ħasil tal-flus u l-krimini finanzjarji matul dawn l-aħħar snin,’ kompla Dr Cordina. ‘L-għaxar snin li ġejjin se jkunu kollha dwar it-trasformazzjoni tal-Bank biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-klima. Dan ifisser li l-Banek se jkunu qed jitolbu lin-negozji biex isiru dejjem aktar sostenibbli, inkella l-finanzjament mill-Banek jista’ jieqaf, jew jiġi bi prezz għoli wisq biex in-negozju jkun vijabbli.’

‘Ilkoll nemmnu li d-diġitalizzazzjoni hija l-futur u huwa faċli li wieħed jemmen li dan se jsolvi kollox iżda dan mhux il-każ. It-teknoloġija salvatna diversi drabi matul is-snin iżda m’għandna l-ebda garanzija li din qatt ma hi se tfalli. Irridu namministraw id-diġitalizzazzjoni bin-negozji jsiru omni-channel, inħarrġu l-element uman u min qed imexxi d-diġitalizzazzjoni biex jaħdmu flimkien biex jipprovdu esperjenza ħolistika għal kull konsumatur, b’mod sostenibbli,’ temm jgħid Dr Cordina.

Ekonomija

Sport