Sunday, November 24, 2024

Ir-Rabtin jitilfu “raġel ferrieħi maħbub minn kulħadd”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ir-Rabtin dalgħodu qamu maħsudin bit-telfa ta’ Felix Bugeja magħruf aħjar bħala “Feliċ ta’ Lajru”.

Feliċ jibqa’ mfakkar għall-ħidma tiegħu fil-ħanut Falzon Butcher wara li għamel fuq 40 sena jaqdi lill-klijenti tal-ħanut u jferraħhom bit-tbissima tiegħu li kienet tixgħel il-ħanut. Ir-rispett lejh mit-tliet sidien li baqgħu jemmnu fis-servizz tiegħu sakemm kien hu stess li rtira ftit tal-ġimgħat ilu kien kbir u r-reputazzjoni li kellu mal-klijenti żgur li se tibqa’ tissemma wara mewtu.

Feliċ kien ukoll dilettant tal-festi u kien jagħti kontribut siewi mhux biss mas-Soċjetà Pawlina, iżda wkoll bħala reffiegħ f’diversi okkażjonijiet f’festi liturġiċi fir-Rabat.

Sport