Tuesday, November 19, 2024

Ir-raġel Albaniż li kien mal-ħaddiem li miet qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi

Aqra wkoll


Aktar kmieni llum, għall-ħabta tal-9:45 a.m il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq Sant’Injazju, Tas-Sliema.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li żewġt irġiel Albaniżi, kienu qed jaħdmu ġewwa residenza li fiha kien ser isir xogħol ta’ kostruzzjoni u waqa’ s-saqaf fuqhom.

Wieħed mill-vittmi, raġel ta’ 31 sena residenti Ħaż-Żebbuġ rnexxielu joħroġ waħdu, fejn ingħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu biex jinħareġ ir-raġel l-ieħor li għandu 51 sena u residenti Ħaż-Żebbuġ. Huwa nstab ftit tal-ħinwara, iżda sfortunament ġie ċċertifkat mejjet fuq il-post.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Philip Galea Farrugia LL.D li fetaħ inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija, l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post taxXogħol u l-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni għadhom għaddejjin.

Aktar kmieni: ALBANIŻ IMUT WARA LI ĠĠARRAF SAQAF TA’ RESIDENZA

Kelliem tal-Puliziјa għadu kif ikkonferma ma’ dan is-sit li miet raġel Albaniż ta’51 sena residenti Ħaż-Żebbuġ. Dan wara li l-awtoritajiet tas-salvataġġ јinsabu għaddejjin b’ħidma hekk kif ftit tal-ħin ilu, ġġarraf saqaf ta’ dar li tinsab fi Triq San Inazju f’Tas-Sliema.

Fuq il-post hemm il-pulizija, ambulanza u membri tal-Protezzjoni Ċivili.

Aktar dettalji malli jaslulna.

Sport