Il-President ta’ Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta, Imam Laiq Ahmed Atif, spjega li, “l-Iżlam jiggwidana biex nuru rispett kbir u dinjità għall-mejtin, għalhekk, kull meta tmut xi persuna, aħna ġejna mgħallma fil-Koran Imqaddes (2:157) li ngħidu: “Aħna tabilħaqq ta’ Alla u aħna lejh nerġgħu lura. Jiġifieri li aħna lkoll jappartjenu għal Alla, ilkoll għandna nerġgħu lura lejh. Barra minnhekk, il-Qaddis Profeta Muħammad, is-sliem għalih, qal li, dejjem nitkellmu tajjeb dwar il-mejtin u nuru rispett u nattendu l-funeral tagħhom u nitolbu għalihom.
Nixtieq nirrakkonta storja tal-Qaddis Profeta Muħammad, is-sliem għalih, fejn wera rispett kbir lejn funeral. Darba l-Qaddis Profeta Muħammad, is-sliem għalih, kien ma’ sħabu, meta għadda l-funeral ta’ Lhudi. Il-Profeta Muħammad qam malajr b’turija ta’ rispett u baqa’ wieqaf sakemm il-funeral kien għadda minn ħdejhom. Meta għaddiet il-purċissjoni tal-funeral, il-kumpanni qalu, ‘O Profeta, din kienet il-purċissjoni tal-funeral ta’ Lhudi, għalfejn qomt?’ Il-Qaddis Profeta Muħammad, is-sliem għalih, qal, ‘Jekk kien Lhudi, ma kienx hu wkoll bniedem?’ U qal, ‘kull meta taraw funeral, qumu u uru rispett’.
Il-Qaddis Profeta Muħammad, is-sliem għalih, għallimna wkoll li nirrispettaw lill-kapijiet rispettabbli ta’ nies oħra u nuruhom ir-rispett dovut.