Sunday, December 22, 2024

Irġiel jitressqu l-Qorti t’Għawdex b’rabta ma’ ħruq ya’ vetturi

Aqra wkoll

Investigazzjonijiet tal-Pulizija wasslu għall-arrest ta’ żewġ Sirjani, ta’ 37 sena residenti Tal-Pietà u ta’ 29 sena li jgħix Birkirkara, b’rabta ma’ ħruq ta’ żewġ vetturi fi Triq il-Latini,  Għajnsielem, Għawdex.

Nhar it-13 ta’ Ġunju, għall-ħabta tas-sagħtejn u kwart ta’ filgħodu (0215hrs), il-Pulizija kienet ġiet infurmata bil-ħruq ta’ Isuzu Elf u Hino Dutro. Kawża t’hekk, vettura Mitsubishi L200 li kienet ipparkjata viċin tagħhom ġarbet ukoll xi ħsarat.

Il-Pulizija minnufih bdew bl-investigazzjonijiet intensivi li wasslu biex ġew identifikati l-allegati persuni li taw in-nar.

Aktar kmieni llum, l-irġiel tressqu taħt arrest fil-Qorti t’Għawdex quddiem il-Maġistrat DR Simone Grech LL.D akkużati bil-ħruq tal-vetturi, ħsara volontarja u li kisru l-bon-ordni u l-mistrieħ tan-nies bi ħsejjes jew għajjat.

Huma wieġbu ħatja għal dawn l-akkużi u baqgħu jinżammu taħt arrest.

Ekonomija

Sport