Sunday, November 24, 2024

Iweġġa’ gravi wara ħabta bejn karozza u mutur

Aqra wkoll

Raġel ta’ 29 sena ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi wara li għall-ħabta tas-7.30am kien involut f’inċident tat-traffi fl-Imsida.

Il-Pulizija fi stqarrija qalu li huma ġew informati li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq il-Wied ta’ L-Imsida, l-Imsida.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza Honda Fit misjuqa minn mara ta’ 33 sena residenti Santa Venera u mutur Wottan Storm-S misjuq minn raġel ta’ 29 sena miż-Żejtun.

Is-sewwieq tal-mutur sofra xi ġrieħi u għalhekk ngħata l-għajnuna minn tim mediku li mar fuq il-post. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u iktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi,

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport