Anzjan ta’ 79 sena residenti r-Rabat Għawdex kellu jiddaħħal l-Isptar wara li għall-ħabta tas-1.30pm kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq ir-Rabat, in-Nadur. Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li l-anzjan tilef il-kontroll tat-trakk, ħabat ma’ ħajt u nqaleb.
Hu nqabad fil-gabina u għalhekk kellhom jisejjħu l-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili biex l-anzjan jinħareġ mill-vettur. Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza li taw l-ewwel għajnuna lill-anzjan.
Hu ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal aktar kura. Il-kundizzjoni tiegħu s’issa għadha mhix magħrufa filwaqt li l-Pulizija mill-Għassa tar-Rabat qegħdin jinvestigaw dan l-inċident.